Government Logo
Works and Services Divisions spacer
spacer
spacer
Home | Project Design & Implementation Department | Cleansing & Maintenance Department | Current Projects | Recently Completed Projects | Official Boards | Reports & Documents | Directory | Links | Photo Gallery | Contact Us
spacer
Home  : News Archive : News Details

News Archive

News Details

Bullet Project Design & Implementation Department
Dotted Line
Bullet Cleansing & Maintenance Department
Dotted Line
Bullet Restoration Directorate
Dotted Line
Bullet Projects
Dotted Line
Bullet Other News
Design Spacer
 

IL-POPLU JILQA’ BI ĦĠARU X-XOGĦOL TA’ TISBIEĦ LI SAR FI PJAZZA SAN ĠORĠ

09/12/2009

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jinnota b’sodisfazzjon l-entużjażmu tal-poplu li qed jattendi bi ħġaru fi Pjazza San Ġorġ u b’hekk ikun jista’ jara x-xogħol ta’ tisbieħ li sar fiċ-ċentru tal-Belt Valletta.  Ta’ min jinnota li x-xogħol ma kienx konċentrat biss fil-Pjazza ta’ quddiem il-Palazz iżda kien jinkludi wkoll il-pavimentar mill-ġdid ta’ Triq it-Teatru l-Antik.

Il-Ministeru jinnota wkoll il-ħafna kummenti pożittivi li kien hemm dwar ix-xogħol li twettaq fl-aħħar xhur, minn mindu ngħata bidu għal dan il-proġett f’Ġunju ta’ din is-sena.  B’dan il-proġett, li twettaq fil-ħin stipulat, il-poplu issa jista’ jgawdi spazju miftuħ ieħor fil-qalba tal-Belt Valleta, liema spazju sa’ ftit ġimgħat ilu kien kollu okkupat mill-karozzi f’ambjent li żgur ma jixraqx il-livell tal-Belt kapitali tagħna.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino esprima s-sodisfazzjon tiegħu għar-reazzjoni tan-nies għax-xogħol li twettaq u qal li dan huwa l-aqwa ċertifikat li jista’ jingħata lil dan ix-xogħol.  Hu fakkar kif il-Gvern huwa kommess li jibqa’ jżid u jtejjeb l-ispazji pubbliċi għat-tgawdija tal-poplu u dan se jkompli jkun ikkonfermat fil-ġimgħat u xhur li ġejjin permezz ta’ proġetti u inizjattivi oħrajn.  Dan filwaqt li jkomplu għaddejjin in-numru kbir ta’ proġetti intiżi biex ikomplu jgħollu u jsebbħu d-dehra tal-Belt kapitali tagħna.

Intant, dawn l-attivitajiet biex ifakkru l-inawgurazzjoni tal-proġett ta’ tisbieħ fi Pjazza San Ġorg ikomplu f’dawn il-jiem, sa’ nhar is-Sibt 12 ta’ Diċembru.  Fil-fatt illejla fis-sitta u nofs ta’ filgħaxija ser ikun hemm marċ mill-baned tal-Forzi Armati u tal-Korp tal-Pulizija li jibda minn Bieb il-Belt u jintemm b’esebizzjonijiet miż-żewġ baned li jsir fi Pjazza San Ġorġ.  Wara jkun hemm kunċert ta’ mużika popolari Naplitana u operistika li jibda fit-tmienja ta’ filgħaxija.

Għada l-Ħamis ukoll hemm programm interessanti li jilħaq il-qofol tiegħu għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija b’marċ minn Bieb il-Belt u programm mużikali fi Pjazza San Ġorġ miż-żewġ baned tal-Belt Valletta – is-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Valette u l-Banda Ċittadina King’s Own.  

Aktar dettalji dwar dawn l-attivitatjiet jistgħu jinkisbu mis-sit www.mrra.gov.mt
 

DOI – 09.12.2009

Disclaimer | Privacy Policy | Copyright | Accessibility Statement | Help | FAQs | Sitemap | Homepage
 
Gov.mt Logo Government of Malta | © Ministry for Resources & Rural Affairs